L-'El Chapo' offra €20,000 lil xhud biex ma jixhidx kontrih fil-Qorti | One News

L-‘El Chapo’ offra €20,000 lil xhud biex ma jixhidx kontrih fil-Qorti

Hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jordan Azzopardi, fil-Qorti ħareġ li l-akkużat allegatament offra €20,000 lil xhur biex din ma tixhidx kontrih.

Wieħed mix-xhieda, Luke Zahra, eks impjegat tal-El Chapo, mhux biss xehed kif Azzopardi kien jitratta ħażin lill-impjegati, iżda anke li rċieva telefonata mingħand terza persuna u kien offrut €20,00 biex ma jixhidx kotra l-imgħallem tiegħu. Huwa spjega li l-persuna offrielu l-ewwel €10,000 dak il-ħin stess, bil-bqija jsegwu wara ftit taż-żmien. Huwa qal li kienu bosta l-persuni li Azzopardi bagħat biex jipprova jikkonvinċuh jaċċetta l-offerta, inkluż is-sieħba tal-akkużat u ibnu.

Is-sieħba tal-akkużat saħansitra heddet lil Zahra li se tagħti n-nar lill-karozza tiegħu, bħal ma għamel hu lilha. Xi ħaġa li tul is-seduta, Zahra ċaħad. B’ riżultat ta’ dan kien ordnat li s-sieħba tal-akkużat tkun arrestata mill-ġdid minħabba dak li ntqal fil-Qorti.

Il-każ se jkompli jinstema’ fi żmien ġimgħatejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend