"Kien hemm paniku kbir, ir-rogħda għadha fuqi"- residenta oħra tiddeskrivi l-mument li ġġarrfet il-binja fil-Gwardamangia | One News

Notifiki

“Kien hemm paniku kbir, ir-rogħda għadha fuqi”- residenta oħra tiddeskrivi l-mument li ġġarrfet il-binja fil-Gwardamangia

Janet Walker, residenta oħra fit-triq li fiha ġġarfet binja l-Ħamis filgħodu ddeskriviet kif malli nħass it-theżżiż mexxiet il-familja kollha tagħha ‘l barra mill-binja. Hija toqgħod biswit il-binja li ġġarrfet.

F’kummenti ma’ ONE News, Walker qalet li kemm-il darba ressqet ilmenti dwar l-istat tal-bini, iżda qalet li ma tteħditx azzjoni. Hija żiedet tgħid li dak il-ħin inqala’ paniku kbir, u li issa, l-inkwiet ta’ dawn il-familji huwa fejn se jitfgħu rashom.

Segwi l-intervista sħiħa ma’ Janet Walker fil-filmat t’hawn taħt.

Ara wkoll:

FILMAT: jiġġarraf ħajt ta’ binja ta’ appartamenti fil-Ħamrun

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend