Kartelluni ma' każini tal-PN jitolbu għar-riżenja ta' Delia | One News

Notifiki

Kartelluni ma’ każini tal-PN jitolbu għar-riżenja ta’ Delia

Għal darba oħra fi ftit jiem fl-eqqel ta’ kriżi fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, l-grupp trapass rega’ waħħal numru ta’ kartelluni ma’ każini tal-Partit Nazzjonalista.

Dawn il-kartelluni hemm miktub fuqhom Kap li ma jħammrilniex wiċċna, referenza ċara għal Adrian Delia. Fost il-każini li magħhom twaħħlu dawn il-karti hemm dak ta’ Birkirkara li sa ftit tas-snin ilu kienet fortizza ta’ Eddie Fenech Adami, haz-Żebbuġ, San Ġwann, Żurrieq, Mosta u Gżira.

Jumejn ilu d-deputati tal-Partit Nazzjonalista waqt waħda mill-aktar laqgħat imqanqla tal-grupp parlamentari taw ultimatum ta’ jumejn lil Delia sabiex jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tmun tal-Partit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend