Michelle Muscat se tgħum 14-il kilometru fit-13 ta' Lulju | One News

Notifiki

Michelle Muscat se tgħum 14-il kilometru fit-13 ta’ Lulju

Bit-tema Tail’s End, mart il-Prim Ministru, is-Sinjura Michelle Nuscat se twettaq l-akbar sfida ta’ 14-il kilometru ta’ għawm mal-kosta fit-Tramuntana tal-pajjiż. Is-Sinjura Muscat se tisfida l-kurrenti fit-13 ta’ Lulju, f’baħar miftuħ fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Hija spjegat li r-rotta se tkun deċiża skont it-temp.

Din hija l-ħames darba li s-Sinjura Muscat se tkun qed tagħmel din l-inizjattiva bl-aħħar waħda tkun dik mill-Qawra sal-Għadira. Il-kowċ tas-sinjura Muscat, Anna Calleja, iddeskriviet lil Michelle Muscat bħala persuna eżemplari u tieħu din l-isfida b’serjeta kbira tant li titħarreġ kwazi kuljum għaliha. Sena wara l-oħra, Michelle Muscat daħlet għal din l-isfidna biex jinġabru flus għall-Fondazzjoni Marigold li tgħin bosta għaqdiet f’pajjizna fosthom l-ispecial olympics.

Il-Fondazzjoni se tkun tista’ tkompli tqajjem aktar kuxjenza dwar il-kanċer tas-sidre, is-saħħa mentali u l-awtizmu. Għaldaqstant, l-appell huwa li filwaqt li Michelle Muscat tkun qiegħda tgħum f’baħar miftuħ, il-poplu Malti jagħti donazzjoni żgħira biex il-Fondazzjoni tkompli b’ħidmietha.

Intant fi tmiem l-għawma se ssir l-attività “The Golden White Beach Party” fil-lukanda Radisson Golden Sands bil-għan li jkomplu jinġabru aktar fondi b’risq din il-Fondazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend