Tingħata ċans ieħor wara li ġibdet €60,000 mill-kard tal-bank tal-ġenituri tagħha | One News

Notifiki

Tingħata ċans ieħor wara li ġibdet €60,000 mill-kard tal-bank tal-ġenituri tagħha

Joelle Galea ta’ 34 sena minn tas-Sliema ġiet immultata €1,000 u ngħatat probation għal tliet snin wara li ammettiet akkużi ta’ serq aggravat meta ħadet il-kard tal-bank tal-ġenituri tagħha u ġibdet €60,000 mingħajr ma huma kienu jafu.

Hija kienet akkużata wkoll li użat PIN number ta’ persuna oħra u li serqet il-kards tal-bank tal-ġenituri tagħha bejn Diċembru 2017 u Frar 2018.

Hija kienet wieġbet ħatja tal-akkużi kollha madanakollu l-akkużi ta’ serq aggravat twaqqgħu meta l-ġenituri irtiraw ir-rapport li kienu għamlu.

Il-Qorti wisset lill-akkużata sabiex tkompli tagħmel il-progress mill-problema tad-droga peress li dan huwa l-uniku ċans li kienet se tingħata.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend