Ingliż ta’ 38 sena li jgħix il-Munxar ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi u multa ta’ €6000 wara li ammeta li rreżista bi vjolenża uffiċjal tal-Pulizija. Il-Każ seħħ is-Sibt li għadda fir-Rabat Għawdex.
Stephen Edwin Tuly wieġeb ħati quddiem il-Maġistrat Bridgette Sultana li attakka żewġ uffiċjali tal-Pulziija u li kien vjolenti’ waqt li kien arrestat.
Tully ammetta wkoll li qatta’ unfiormi tal-pulizija, li kien fis-sakra, li kiser il-paċi pubblika u li hedded persuna. Huwa ngħata sentenza sospiża wara lill-qorti kkunsidrat lill-akkużat ammetta fi stadju bikri.