Ir-riforma li qed titħejja sabiex jiddaħħlu miżuri pożittivi li jżidu r-rappreżentanza tal-mara fil-Parlament sabet l-appoġġ ta’ rappreżentanti għaqdiet internazzjonali.
Waqt business breakfast li ttratta r-riforma dwar l-ugwaljan tal-ġeneru fil-parlament, il-konsulent tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa għal istituzzjonijiet demokratiċi u l-jeddijiet tal-bniedem l-OSCE, Ayla Van Heel, li ilha taħdem f’dan il-qasam għal għaxar snin qalet li kienet impressjonata bl-istrateġija li nieda l-Gvern fil-qasam tal-ugwaljanza li ddeskrivita bħala preċiza u ddettaljata.
Hija faħħret ukoll l-isforzi li qed jieħu l-Gvern biex pajjiżna jkollu rappreżentanza iżjed bilanċjata fil-politika u nnutat li l-konsultazzjoni qed tinvolvi diversi stakeholders differenti.
“We are very happy that this consultation process is taking place in Malta, engaging different stakeholders, government, women’s organisations…its an important process in itself,” sostniet Van Heel.
Sodisdazzjon li ġie mtenni minn Dr Fiona Buckley, akkademika fl-Università ta’ Cork fl-Irlanda.
Hija ddiskreviet li d-dokument ta’ konsultazzjoni li nieda l-gvern fl-aħħar xhur bħala wieħed dettaljat u li jirrikonoxxi l-bżonn ta’ ilħna iktar diversi fil-politika Maltija.
“The consultation document is a very workable document, a very realistic document. Its heavy and detailed which is welcome. I think today is a very important day because there’s been a recognition of the need of more women’s voices in public and political decision making in Malta,” spjegat Dr Buckley.