Ħadd ma jidher li ndarab fi splużjoni ta’ ċilindru tal-gass li seħħ f’Marsalforn.
Il-Pulizija qalet li l-isplużjoni seħħet kawża ta’ nirien li tkebbsu minn ħaxix ħażin f’għalqa li tinsab fiż-żona magħrufa bħala l-Qolla Safra. Kawża tal-isplużjoni, iġġarrfet kamra. Fuq il-post marru bosta ħaddiema tal-protezzjoni ċivili biex jikkontrollaw in-nirien li laħqu nferxu fiż-żona.
Kelliem għall-Protezzjoni Ċivili qal li s-sħana kbira li laqtet lill-pajjiżna matul il-ġimgħa kkawżat bosta nirien fil-pajjiż.