Infermier mixli bi stupru jingħata l-ħelsien mill-arrest – One News

Notifiki

Infermier mixli bi stupru jingħata l-ħelsien mill-arrest

Aftab Prince ta’ 37 sena mill-Pakistan inħeles mill-arrest wara li kien ilu xahar arrestat fuq akkużi li stupra mara.

L-akkużat li jaħdem bħala infermier qed jiċħad l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.

Il-vittma, li hi wkoll mill-Pakistan, xehdet li kienet ilha f’relazzjoni mal-akkużat għal numru ta’ żmien u ġiet Malta biex tiżżewġu.

Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2000 u garanzija personali ta’ €40000. Ġie ordnat ukoll li jiddepożita l-passaport u l-karta tal-identita u li jiffirma f’għassa tliet darbiet fil-ġimgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend