Iffirmat ftehim ta' koperazzjoni fil-qasam sportiv bejn Malta u l-Israel | One News

Notifiki

Iffirmat ftehim ta’ koperazzjoni fil-qasam sportiv bejn Malta u l-Israel

Fil-belt ta’ Ġerusalemm, l-Israel, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima ffirma ftehim mal-Ministeru għall-Kultura u l-Isport tal-Israel għal koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam sportiv.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li dan il-ftehim huwa pass ieħor fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali li diġà stabbilixxew iż-żewġ pajjiżi. Hu saħaq li l-Gvern qed jaħdem b’mod konsistenti sabiex Malta tilħaq il-miri ta’ eċċellenza u tkun fost l-aqwa fl-Ewropa fl-isport. Huwa temm jgħid li permezz ta’ dan il-ftehim qed inkunu iżjed ambizzjużi sabiex inkomplu nsaħħu l-istrateġija nazzjonali għall-isport li għandha viżjoni li twassalna mhux għal riżultati tajbin li jiġu fula f’qargħa iżda li jkunu b’mod konsistenti.

L-għan ta’ dan il-ftehim hu li jiskopri inizjattivi ta’ koperazzjoni f’diversi livelli bejn iż-żewġ naħat. Il-ftehim jinkludi fost oħrajn skambju ta’ informazzjoni u għarfien fil-qasam sportivi u kif ukoll skambju ta’ coaches f’dixxiplini sportivi differenti. Permezz ta’ dan il-ftehim, Malta se tkun qed tassisti lil Israel sabiex torganizza training camps f’pajjiżna, u viċi versa, sabiex Malta tkun tista’ tkompli tkabbar it-Turiżmu Sportiv.

Barra minn hekk permezz ta’ dan il-ftehim Malta qablet li jkun hemm skambju ta’ professjonisti u esperti tal-isport sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtu t-taħriġ neċessarju lil coaches Maltin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend