Waqt attività tal-għoti tad-demm organizzata mit-tim tal-futbol tal-Awtorità tad-Djar fi tmiem tal-istaġun tal-kampjonat tal-futbol tal-MESA taw donazzjoni tad-demm.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay spjega li inizjattivi bħal dawn jikkumplimentaw ħidmet l-Awtorità li ta’ kuljum toffri l-assistenza lil dawk li jħabbtu l-bibien tagħha.
“L-għan tagħna huwa li nkunu ta’ eżempju, biex inħeġġu aktar individwi biex bid-donazzjoni tagħhom jinvestu fil-ġenerazzjonijiet tal-preżent u tal-futur.”
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-demm ta’ Gwardamanġa jiftaħ kuljum mit-08:00 sas-18:00 inkluż il-Ħdud u l-festi pubbliċi.