Erba' ġimgħat ċans biex tinnomina negozju li jaqdik bi tbissima | One News

Notifiki

Erba’ ġimgħat ċans biex tinnomina negozju li jaqdik bi tbissima

Għall-ħames sena konsekuttiva, l-MCCAA nediet il-premju Servizz Bi Tbissima. Premju li permezz tiegħu jiġu rikonoxxuti negozji li jagħtu servizz tajjeb lill-konsumatur.

Ħames snin ilu, din il-kompetizzjoni bdiet b’kategorija waħda, iżda llum – xprunata mis-suċċess u l-konkorrenza b’saħħitha li kisbet tul is-snin, Servizz Bi Tbissima għandha ħames kategoriji.

– supermarkets/minimarkets
– Vvjaġġar
– Servizzi ta’ sbuħija
– Elettroniċi
– Negozji onlajn

Mil-lum, il-konsumaturi jistgħu jibdew jivvutaw fuq il-paġna ta’ Facebook tal-MCCAA għan-negozji li jidrilhom li tawhom servizz tajjeb, u għandhom erba’ ġimgħat ċans jagħmlu dan sal-10 ta’ Lulju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend