Tliet irġiel akkużati b'serq u vjolenza fuq anzjan jinżammu arrestati | One News

Notifiki

Tliet irġiel akkużati b’serq u vjolenza fuq anzjan jinżammu arrestati

Braden Grixti ta’ 26 sena mill-Belt, Roderick Zahra ta’ 32 sena mill-Belt u Geatano Farrugia ta’ 41 sena mill-Pietà ma ingħatux ħelsien mill-arrest. It-tliet irġiel, li għamluha ta’ impjegati ta’ kumpanija tal-komunikazzjoni ġew mixlija b’serq aggravat u li żammew anzjan ta’ 66 sena kontra l-volontà tiegħu u li kkaġunawlu ġrieħi ħfif. Il-każ seħħ fit-22 ta’ Mejju li għadda. Braden Grixti huwa riċediv.

L-avukati Franco Debono, Manwel Mallia u Mario Mifsud li deheru għall-imputati talbu għall-ħelsien mill-arrest, il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ċaħdet it-talba tal-avukati difensuri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend