Se jinbena pont u passaġġ li jgħaqqad iż-żewġ binjiet ewlenin fil-Liċeo tal-Ħamrun – One News

Notifiki

Se jinbena pont u passaġġ li jgħaqqad iż-żewġ binjiet ewlenin fil-Liċeo tal-Ħamrun

Matul is-sajf, l-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija u l-Liċeo tal-Ħamrun se jgawdu minn bidliet strutturali li ilhom bżonnjużi snin twal iżda li baqgħu qatt ma saru. Permezz ta’ investiment ta’ erba’ miljun ewro, l-istudenti tal-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija se jgawdu minn sala li se tintuża bħala teatru u sala oħra għall-attivitajiet sportivi fuq ġewwa.

Dan wara li fis-snin disgħin, l-iskola kienet infetħet mingħajr sala. Dawn il-facilitajiet se jkunu jistgħu jintużaw ukoll mill-komunità lokali wara l-ħinijiet tal-iskola. Barra dan il-proġett, permezz ta’ investiment ta’ nofs miljun ewro, l-istudenti u l-għalliema fil-Liċeo tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca se jgawdu minn pont li se jgħaqqad iż-żewġ binjiet ewlenin. Dan ifisser li mhux se jibqgħu bl-inkonvenjent li jinżlu sular isfel biex jimxu min-naħa għall-oħra tal-iskola.

Fisser dan ma’ One News, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, Frank Fabri. Għaldaqstant, il-Fondazzjoni għall-iskejjel t’għada se twettaq dan il-proġett li permezz tiegħu se jitnaqqas ħafna ħela ta’ ħin għall-istudenti u għall-għalliema.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend