Se jkollha tagħmel 40 siegħa servizz fil-komunità wara li serqet u ffalsifikat cheque book | One News

Notifiki

Se jkollha tagħmel 40 siegħa servizz fil-komunità wara li serqet u ffalsifikat cheque book

Mariella Bugeja ta’ 42 sena minn Baħar iċ-Ċagħaq tpoġġiet taħt ordni ta’ probation għal tliet snin u ġiet ordnata tagħmel 40 siegħa ta’ servizz fil-komunità. Bugeja ġiet mixlija li serqet u ffalsifikat cheque book tal-Bank of Valletta b’danni għal bank kif ukoll għal Luigi Albert Naudi. Hija kienet riċediva fuq diversi sentenzi oħra tal-Qrati tal-Maġistrati. L-imputat wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.

Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit poġġiet lil Bugeja taħt ordni ta’ trattament għal tliet snin biex l-imputat tkompli tingħata t-terapija meħtieġa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend