Sammut jesprimi l-għadab tiegħu għall-attakk ta' Pierre Portelli fuq iż-żgħażagħ tal-MŻPN | One News

Notifiki

Sammut jesprimi l-għadab tiegħu għall-attakk ta’ Pierre Portelli fuq iż-żgħażagħ tal-MŻPN

L-eks President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut kompla jsejjaħ għar-riżenja tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia wara li wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar żewġ telfiet elettorali.

Sammut tenna s-sejħa għar-riżenja ta’ Delia meta t-Tnejn filgħaxija ħa sehem fil-programm Realta fuq TVM.

F’sena u seba’ xhur li ilu Kap Nazzjonalista, Adrian Delia qatt ma rnexxielu jieħu kontroll tal-Partit Nazzjonalista f’idejh.

Mark Anthony Sammut qal li l-qasma fil-Partit Nazzjonalista ma bdietx illum. Iżda fi kliemu, Adrian Delia kompla kabbar din il-firda.

L-ex President tal-Eżekuttiv innota wkoll kif strutturi u fergħat fil-Partit Nazzjonalista qegħdin jitolbu lil Delia biex jirriżenja. Hawnhekk innota kif iż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista, l-MŻPN, saħansittra għamlu rapport tat-telfa li fih talbu lil Delia jirriżenja.

Sammut esprima l-għadab tiegħu għall-mod kif il-Kap tal-Midja tal-Partit Nazzjonalsita Pierre Portelli qiegħed jattakka liż-żgħażagħ Nazzjonalisti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend