Puli u Casa f’konfront dirett – One News

Notifiki

Puli u Casa f’konfront dirett

Konfront dirett u jaħraq fil-laqgħa tal-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kien dak bejn l-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli.

Casa huwa urtat għax ma tħallix Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew u postu ħaditu Roberta Metsola. Casa jidher li ħalef li lit-tmexxija u l-grupp ta’ Delia ma jagħtihomx nifs.  Fil-fatt fil-laqgħa tal-grupp parlamentari Nazzjonalista dwar it-telfa ta’ Mejju li għadda Casa allega li t-tmexxija ma riditux elett.

Allegazzjoni li kienet miċħuda b’mod partikolari minn Clyde Puli tant li fakkruh ukoll kemm deher fil-kampanja u kif quddiem il-kritika tal-Partit Laburista l-Kap Adrian Delia, dejjem appoġġja lilu u lil Roberta Metsola.
Ma setax jonqos li tqum l-allegazzjoni li għamel l-eks-kandidat David Thake waqt Xarabank tal-Ġimgħa li għadda.
Din kienet li negozjant Yorgen Fenech wiegħed li jagħti €50,000 lill-PN jekk ma jitlax David Casa. Din l-allegazzjoni kienet miċħuda minn Adrian Delia li kien qal li jekk jaf xi ħaġa jmur għand il-pulizija.

Fenech ċaħad l-allegazzjoni ta’ Thake. Iżda, dan ma kienx biżżejjed biex is-suġġett ma jqumx fil-laqgħa tal-grupp parlamentari li kienet waħda inkonklussiva u li ma waslet għal imkien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend