Palestinjan ta’ 34 sena gie lliberat mill-akkużi miġjuba kontrih b’rabta ma’ vjolenza domestika. Ir-raġel li jgħix il-Qrendi kien akkużat li ta daqqa ta’ ras lill-eks sieħba tiegħu. Il-każ seħħ f’Ottubru li għadda f’dar f’Ħaz Żabbar.
Fis-sentenza, il-Qorti nnotat li l-prosekuzzjoni ma rnexxiliex tipprova l-ħtija tal-imputat u għalhekk ġie lliberat mill-akkużi kollha miġjuba kontrih. Għall-Palestinjan dehru l-Avukati Dr Mario Mifsud u Dr Marita Pace Dimech.