FILMAT: Jiżvela b’mod dirett li waqaf minn fuq il-midja tal-PN minħabba Pierre Portelli – One News

Notifiki

FILMAT: Jiżvela b’mod dirett li waqaf minn fuq il-midja tal-PN minħabba Pierre Portelli

Il-Preżentatur Andrew Attard twaqqaf milli jxandar fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista wara 21 sena. Kien il-Kap Eżekuttiv tal-Midja Nazzjonalista Pierre Portelli, li waqqaf lil Andrew Attard, magħruf bħal Indri, milli jxandar fuq l-istazzjon radjufoniku tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-aħħar programm tiegħu nhar il-Ġimgħa li għadda fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, Attard ikkomunika din l-aħbar mas-semmiegħa tiegħu b’mod dirett.

Attard fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista spjega li kien Pierre Portelli li waqfu milli jippreżenta l-programm minħabba qtugħ fl-ispejjeż, iżda Andrew Attard fisser li ma tantx jiswa spejjeż lill-istazzjon. Qal li lest jippubblika kemm jitħallas jekk Pierre Portelli jagħmel hekk ukoll.

Attard mhux l-unika persuna li twaqqaf minn Pierre Portelli. Fil-fatt, twaqqfet ukoll Sandra Grech, Segretarja tal-Produzzjoni ma’ Media.Link Communications.

Fuq Facebook hija kitbet li ilha 20 sena mal-midja Nazzjonalista u awgurat kull suċċess lill-kollegi tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend