Jinżamm arrestat wara li kien involut fi ġlieda mas-sieħba u mal-ġar – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li kien involut fi ġlieda mas-sieħba u mal-ġar

Raġel ta’ 28 sena mill-Ħamrun li ismu ma jistax jixxandar biex tkun protetta l-identità tal-allegat vittma, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest fuq akkużi li kkaġuna ġrieħi fuq is-sieħba u l-ġar tiegħu, li kien qed iġorr sikkina, li kkawża danni fuq propjetà kif ukoll li ddisturba l-paċi pubblika. Huwa kiser ukoll ordni tal-Qorti li ma jidħol f’dar li kien projbit milli jidħol fiha.

Ir-raġel qed jiġi akkużat fuq żewġ każijiet li saru nhar il-Ħadd li għadda. L-ewwel każ seħħ fid-dar tal-koppja il-Ħadd filgħodu fejn allegatament ikkawża ġrieħi fuq is-sieħba tiegħu meta huwa kien mitlub li jitlaq mid-dar tiegħu. It-tieni każ sar aktar tard fil-ġurnata meta rritorna fid-dar fejn hemm ikkawża ġrieħi lill-ġar tiegħu.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. L-Avukat difensur talbet għall-ħelsien mill-arrest bil-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ċaħdet it-talba. L-Ispettur Wayne Camilleri qed imexxi l-presekuzzjoni, huwa qal li bosta xhieda għad iridu jixhdu f’dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend