Raġel ta’ 28 sena mill-Ħamrun u li ismu ma jistax jixxandar inżamm arrestat wara li ġie mixli darab lis-sieħba u lill-ġar tiegħu, f’żewġ argumenti waqt u wara festin ta’ magħmudija fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda fir-residenza tal-koppja bl-akkużat iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.