Euro 2020- Telfa ta’ 4 – 0 għat-Tim Nazzjonali Malti – One News

Notifiki

Euro 2020- Telfa ta’ 4 – 0 għat-Tim Nazzjonali Malti

Logħba diffiċli għat-tim nazzjonali Malti meta f’konfront ieħor ta’ kwalifika tal-Euro 2020, Malta tilfet 4 – 0 kontra r-Rumanija fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

George Puscas witta t-triq għal rebħa komda meta skorja wara biss seba’ minuti u rdoppja fid-29 minuta. Ħames minuti wara Alexander Chipciu għamel skorja 3 – 0 liema skor baqa ma nbiddilx sat-tmiem l-ewwel taqsima. Fil-81 minuta Chipciu tkeċċa.

Lejn it-tmiem, r-Rumeni skurjaw r-raba u l-aħħar goal permezz ta’ Dennis Man. It-tim Malti prattikament ma’ kellu ebda reazzjoni għal qawwa tar-Rumanija li minkejja f’sħana qawwija irnexxilhom jieħdu dak li riedu mill-konfront.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend