Akkużat li darab lil ġar tiegħu b'daqqa ta' mus | One News

Notifiki

Akkużat li darab lil ġar tiegħu b’daqqa ta’ mus

Khalid Kalifa Mohammed Alashtar, Libjan ta’ 52 sena li joqgħod l-Imsida u li huwa uffiċjal tas-sigurtà tal-Ambaxxata Libjana ngħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ €5,000. Alashtar ġie mixli li weġġa’ lill-ġar tiegħu wara li allegatament tah daqqa ta’ mus kif ukoll li uża l-arma fil-pubbliku mingħajr liċenzja.

L-akkużat pprova jwaqqaf il-ġar tiegħu flimkien ma’ grupp ta’ persuni milli jdoqqu mużika quddiem id-daru meta l-argument eskala. Alashtar allegatament ħebb għal grupp bil-mus.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. L-avukat difensur, Roberto Montalto talab għall-ħelsien mill-arrest, il-presekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Colin Sheldon ma oġġezzjonatx għal din it-talba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend