Tim Malti Champions Ewropej tal-isnooker | One News

Notifiki

Tim Malti Champions Ewropej tal-isnooker

It-tim Malti tal-isnooker kompost minn Tony Drago u Duncan Bezzina, rebħu il-kampjonat Ewropew tat-timijiet , kategorija tal-irġiel li saru matul il-ġimgħa li għaddiet fis-Serbja. Fil-finali huma għelbu lit-tim Pollakk 1 , bil-punteġġ ta’ 4 frames kontra 2.

Ir-riżultati ta’ kull frame kienu dawn.
Frame 1 : Drago/Bezzina għelbu lil Baronowski/Skalski…60- 15
Frame 2: Baronowski għeleb li Bezzina …75-6.
Frame 3 Drago/Bezzina rebħu bil puntegg ta’  78-0.
Frame 4 : Drago għeleb lil Skalski bil puntegg ta’ 74-12.
Frame 5 : Polonja ghelbu Malta bil puntegg ta’71-0.
Frame 6 : Malta għelbu lil Polonja bil puntegg ta; 81-43.
Referee: Kazimierz Olejniczak ( Polonja).
Din kienet il-ħames darba li tim Malti tal-irġiel rebaħ dan il-kampjonat.

Fil-kategorija ta’ Masters tat-timijiet, it-tim Malti kompost minn Ivan Attard u Arthur Cachia tilef fis-semi-finali kontra t-tim tal-Ingilterra bl-iskor ta’ 4-1.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend