Jitħabbar l-ewwel proġett ta’ housing speċjalizzat – One News

Notifiki

Jitħabbar l-ewwel proġett ta’ housing speċjalizzat


Binja abbandunata f’Bormla li hija tal-Gvern ingħatat mill-Awtorità tad-Djar lil Richmound Foundation. Il-fondazzjoni semmiet din id-dar Dar Terry.

Ommijiet li jbatu minn saħħa mentali u wliedhom se jingħataw mhux biss saqaf fuq rashom iżda se jingħataw l-appoġġ meħtieġ.

Dan huwa kunċett ġdid ta’ housing speċjalizzat fejn persuni mhux biss jingħataw saqaf fuq rashom imma jingħataw anke appoġġ.

Id-dar se tkun qed tilqa’ fiha tliet familji bix-xogħlijiet se jsiru kollha mill-Awtorità tad-djar.

Apparti dan il-proġett se jkun hemm għaqdiet governattivi li se jingħataw l-għajnuna biex isiru proġetti simili.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend