Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li n-nies għandhom raġun ikunu rrabjati dwar l-inċident li seħħ is-Sibt li għadda fil-Mellieħa.
Waqt li sostna li mhux se jikkummenta fuq il-każ tal-Mellieħa fid-dawl tal-investigazzjonijiet li għaddejjin, sostna li hemm responsabbiltajiet ta’ professjonisti li għandhom il-warrant.
Nisimgħu l-kummenti li ta l-Prim Ministru dalgħodu lill-ġurnalisti meta mistoqsi dwar il-każ.