Il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit jinsabu għaddejjin b’ħidma biex jikkontrollaw grupp ta’ 40 partitarju Rumen li allegatament wettqu ħerba f’Ta’ Qali.
One.com.mt jisnab infurmat li kienu għall-ħabta tas-19:40 li l-partitarji Rumeni kienu se jkissru għadd ta’ vetturi li jinsabu pparkjati fil-parkeġġ ta’ Ta’ Qali.
Minnufih issejħu fuq il-post bosta taqsimiet tal-Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Ir-Rumeni jinsabu f’Malta biex jassistu għal-logħoba ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2020 bejn Malta u r-Rumanija.