Żagħżugħ ta’ 25 sena residenti Ħal Lija tilef il-kontrol tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Triumph Tiger, u waqa’ fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa.
Dan ġara għall-ħabta tal-10.00. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.