Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-jum internazzjonali tat-tfal, iċ-Ċentru Russu għax-xjenza u kultura flimkien mal-kunsill lokali ta’ Tas-Sliema organizzaw ‘open air festival’ fi Ġnien Indipendenza.
Il-programm inkluda daqq ta’ mużika ‘live’ minn tfal Maltin u Russi bil-parteċipazzjoni tal-Band ‘Art Collage’ mir-Russja, numru ta’ master classes, logħob, stalls ta’ ikel Russu u disco stil ‘Bollywood’.
Il-parteċipanti u mistiedna kienu milqugħa mid-Direttur taċ-Ċentru Russu s-Sur Andrey Muravyev u s-Sindku ta’ Tas-Sliema Anthony Chircop.
F’ dan l-istess avveniment ipparteċipaw ukoll iċ-Ċentru kulturali Ċiniż fejn dawk preżenti setgħu jagħmlu mwriewaħ tradizzjoni Ċiniża. Kien hemm ukoll workshops ta’ ballet Russu mit-teatru ‘Jewels’.
Mro Pavel Soldatikov flimkien mal-mużiċisti tiegħu taw spettaklu ta’ mużika klassika minn Tchaikovsky u Rachmaninoff kif ukoll mużika moderna.
Iċ-Ċentru Russu għax-xjenza u kultura rringrazzja lill-parteċipanti kollha, il-kindergarten Russa Kroshka Ru, Poppy Tea and Cake house, Rhythmica Gold Malta, Ballet and Dance Theatre Jewels, il-klabb tat-tfal ‘Fil-gallarija’, Claire Mccartin, Joseph Lea, Clive Gerada u dawk kollha lib’xi mod jissapportjaw din il-kultura f’Malta.