Protesti f’Hong Kong kontra abbozz ta’ liġi kontroversjali – One News

Notifiki

Protesti f’Hong Kong kontra abbozz ta’ liġi kontroversjali

Mijiet ta’ eluf ta’ persuni f’Hong Kong qed jikumbattu t-temperaturi sħan biex jipprotestaw kontra abbozz ta’ liġi kontrovesrjali li jippermetti persuni ssuspettati b’kriminalità jintbagħtu fil-qrati Ċiniżi għal proċess ġudizzjarju.

Il-kritiċi qed jgħidu li l-abbozz se jħalli lil kull persuna f’Hong Kong vulnerabbli li tinqabad mill-awtoritajiet Ċiniżi għal raġunijiet politiċi jew offiżi kummerċjali involontarji u li b’hekk se jimmina s-sistema legali semi-awtonoma ta’ Hong Kong.

L-abozz ikkawża nuqqas ta’ qbil politiku, kif ukoll kritika lejn il-gvern mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti. Intant, il-gvern qed jgħid li l-abbozz huwa maħdum biex inaqqas il-modi ta’ kif wieħed idur mal-liġi billi jippermetti lill-gvern jiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ, iżda ma jagħtix garanzija li l-proċess ġudizzjarju xorta waħda jkun ekwu għal kulħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend