Nicole Vella hija r-rebbieħa għal Miss World Malta 2019 – One News

Notifiki

Nicole Vella hija r-rebbieħa għal Miss World Malta 2019

Nicole Vella ta’ 19-il sena mir-Rabat Malta hija r-rebbieħa għal Miss World Malta 2019  li saret fi Pjazza Teatru Rjal ilbieraħ is-Sibt  8 ta’ Ġunju 2019.

Din kienet it-23 l-edizzjoni ta’ din kompetizzioni Nazzjonali  li ġiet organizzata minn Modelle International taħt id-direzzjoni ta’ Sue Rossi u Claudia Calleja illiċenjzjati minn Miss World Jersey Ltd.

Il-finali ta’ Miss World ser issir aktar tard din is-sena f’Thailand fejn se jiġi iċċelebrat id-69 anniversarju mill-bidu ta’ Miss World. Bħal snin oħra din is-sena se jieħdu sehem 150 pajjiż madwar id-dinja kollha fejn se jiġi segwit minn 2.5 biljun telespettaturi.

Ir-rebbieħa ingħatat bosta rigali minn sponsors ufficali ta’ din is-serata.  Titli oħra ta’ Miss Personality ingħata lil Natalya Galdes fejn ġiet ukoll fit-tieni post, filwaqt li r-rebbieħa Nicole Vella ingħatat ukoll it-titlu ta’ Best Physique, u Face of Golden Rose waqt li Daphne Zammit ingħatat ‘Best Effort’ fost il-kontestanti kollha, Francesca Attard ingħatat ukoll ‘Best beautiful hair’ by Vitality. Laura Falzon ħadet it-titlu ‘People choice Award’ li ġie ivutat waqt ix-xandria televiżiva ‘Gateway to Miss World’. It-titlu prestġġjuż ta’ ‘Beauty with a Purpose’ li din is-sena kien iddedikat għal Dr Klown ingħata lil Lara Maria Camilleri wara ħidma kbira għal Dr. Klown fejn lejn l’aħħar tas-serata ġie ppreżentatat somma sabiha ta’ €4000 lil NGO ta’ Dr Klown, miġbura bejn il-kontestanti kollha. Lara ġiet ukoll fit tielet post.

Waqt l-avveniment, ikompetu 26 kontestanta fejn ħadu sehem b’ilbies ‘evening’ fejn ġew ġġudikati u magħżula. Dawn il-kontestanti niżlu għal 12-il finalist fejn finalment reġgħu intagħżlu 5 finalisti u għaddew messaġġ bl’Ingliż.

Keith Demicoli flimkien ma’ Sarah Agius mexxew is-serata.

L-udjenza apprezzaw diversi sfilati ta’ moda minn  The Dressing Room, JD Formal wear, Herman Vassallo designs, Antonio’s Barber.  u Vitality Acedamy li kienu l’istilisti uffiċċjali tal-kontestanti fejn ukoll għamlu wirja ta’ xagħar ippreżentata mit-tim ta’ Vitality bil-ħwejjeg ta’ Unique Taste Boutique. Il-Make-Up kien sponsorjat minn Golden Rose taħt ir-responsabbiltà ta’ Rickleen Testa u tim sħiħ minn make-up artists diversi.

Modelle International tirringrazzja wkoll lit-tim tekniku Black Box, lil Mr.Sandro Sammut għas-sound, Audio System għad-dawl u Blend Malta għat-transmissjioni LIVE kif ukoll il-produzzjoni ta’ ONE TV flimkien mal-Bord ta’ Pjazza Teatru Rjal..

Dan l-avveniment ġie organizzat minn Modelle International taħt id-direzzjioni ta’ Sue Rossi u Claudia Calleja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend