Minn liġijiet tal-ugwaljanza għall-mentalitá tal-ugwaljanza | One News

Notifiki

Minn liġijiet tal-ugwaljanza għall-mentalitá tal-ugwaljanza

Minn issa ‘l quddiem, koppji miżżewġa li jaħdmu t-tnejn, se jkunu jistgħu japplikaw biex jimlew il-formola tat-taxxa separatament u jibdew jirċievu r-rifużjoni għal rashom.

B’reazzjoni għal dan, il-Prim Ministru fuq ONE Radio qal li s-sistema kienet “pastażata kbira. Jien qatt ma stajt nifimha u fil-verita’ kellna nagħfsu mhux ħażin għax kienet kwistjoni amministrattiva li l-iskużi kollha tad-dinja kont qed nisma’ biex ma ssirx. Hemm ir-rieda politika, u la kien hemm ir-rieda politika kellha ssir.”

Bħala eżempju, Joseph Muscat qal, “Immaġina inti miżżewwġa, għandek refund li huwa dovut lilek u dan ir-refund joħroġ fuq isem ir-raġel meta inti ħdimt għalih. Xi xhur ilu kellmuni nisa, professjonisti li mhux għax kellhom xi jgħidu mar-raġel jew għandhom xi problema biex ir-raġel jiffirma fuq wara tac-cheque, imma hija umiljanti.”

Hawnhekk, il-Prim Ministru sostna “change in mindset istituzzjonali li qed nippruvaw nagħmlu aħna stess bħala gvern fi strutturi tal-gvern.”

Fakkar ukoll kif ilbieraħ ġie fi tmiemu wkoll il-perjodu ta’ konsultazzjoni dwar ir-rappreżentanza iktar ugwali fil-parlament.

“Jien nittama li kull min ried jagħti l-ħsieb tiegħu, tah il-ħsieb tiegħu u tagħha. Issa nanalizzaw dan il-ħsieb fiż-żmien li ġejjin imbagħad niftħu proċess li permezz tiegħu, naraw li fix-xhur li ġejjin, ikollna bidla fis-sistema ta’ rappreżentazzjoni biex, mhux kwoti imma li naraw li jkun hemm b’mod ċar aktar ċans għal aktar nisa rappreżentati fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend