Il-moviment żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista, l-MŻPN, għamel r-rapport li janalizza l-ikbar żewġ telfiet elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista, immexxi minn Adrian Delia, fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali.
L-MŻPN reġa’ tenna l-appell tieghu li tinġarr irresponsabilita politika. Iz-zgħazagħ tal-Partit Nazzjonalista li fl-ahhar jien kienu wkoll fil-mira ta’ Pierre Portelli, talbu għar-rizenja ta’ Adrian Delia u t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Fil-laqgħa tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista s-sibt filgħodu, Adrian Delia sab ma’ wiċċu liż-żgħażagħ tal-MŻPN, b’rapport li janalizzaw it-telfiet elettorali li ġarrab l-Partit Nazzjonalista f’Mejju.
Ir-rapport janalizza t-tmexxija ta’ Adrian Delia mill-2017, sal-elezzjonijiet ta’ Mejju. B’Adrian Delia wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar żewġ telfiet elettorali.
Wara li tilef żewġ elezzjonijiet b’aktar minn 42,000 vot, Adrian Delia kien qal li mhux se jagħmel rapport tat-telfa.
Iżda xogħlu għamluh iż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista, li f’ġimagħtejn għamlu rapport li janalizza t-telfiet elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Adrian Delia.
Fuq Facebook, l-MŻPN kitbu li jittamaw li dan ir-rapport ma jaqax fuq widnejn torox.
Iz-zgħazagħ tal-Partit Nazzjonalista b’dan ir-rapport reġgħu tennew l-pożizzjoni tagħhom u talbu sabiex tintrefa r-responsabilità politika.
L-MŻPN qalu li mingħajr dan l-ewwel pass kruċjali, ilPartit Nazzjonalista mhux se jagħmel progress.
Intant, il-laqgħa tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista tmexxiet minn Rosleyn Borg Knight, li kkontestat mingħajr suċċess l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Bis-sorsi tagħna fil-Partit Nazzjonalista qalulna li mhux jeskludu li Borg Knight tinħatar President tal-Eżekuttiv flok Mark Anthony Sammut li rriżenja mill-kariga minħabba t-tmexxija ta’ Adrian Delia.