L-aħħar dettalji dwar it-tim Malti għal logħba ta' għada kontra r-Rumanija | One News

Notifiki

L-aħħar dettalji dwar it-tim Malti għal logħba ta’ għada kontra r-Rumanija

Kmieni llum wara nofsinhar fis-sala tal-konferenzi talistadium Nazzjonali f’Ta Qali il-kowċ tat-tim nazzjonali Ray Farrugia u l-midifielder Juan Coroblan indirizzaw il-media preżenti qabel l-partitata’ kwalifkazzjoni ta għada minn Grupp F Euro 2020 kontra r-Rumanija.

Farrugia tenna li ser tkun partita difficli iżda t-tim qiegħed iħares lejha b’ottimiżmu; partita li ser tkompli tgħin il-plejers żagħżagħ jiksbu aktar esperjenza fit-tim nazzjonali.  Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti jittama li t-tim iqum għal okkażjoni speċjalment għal fatt li ser nilgħabu f’pajjiżna.

Il-plejer ta’ Gżira United Juan Carlos Corbolan qal li wara partita diffiċli kontra l-Żvezja it-tim qiegħed jipprepara bl-aħjar mod possibbligħal kontra r-Rumanija u jinsab ottimist li tim kapaċi jakkwista riżultat pożittiv min din il-partita.

Meta mistoqsi dwar Kyrian Nwoko u Jake Grech, Farrugia sostna li l-attakant ta’ Valletta kellu jiġi utilizzat tard minħabba li ma kienx mija fil-mija f’siktu. Rigward il-pożizzjoni ta’ Jake Grech, Farrugia qal li l-midifelder ta’ Hibernians lagħab f’puzzijoni li ġieli lagħab mat-tim tiegħu fiha u li jħoss li kellhu partita tajba.  Huwa sostna li jemmen li jista jkollu partita aħjar il-quddiem.

Mistoqsi dwar it-tattika tat-tim nazzjonali Farrugia qal, li mhuwiexsigriet li it-tim Malti jibbaża fuq żewg tattiċi differenti u li jħoss li plejers li telgħin fit-tim qegħdin jaddataw tajjeb, iżda jemmen li kieku l-plejers ikollom aktar ħin flimkien mat-tim nazzjonali jista jsir aktar xogħol.

Ray Farrugia ġie mistoqsi dwar l-ewwel sena tiegħu bhala kowċ.  Huwaqal li jħoss li qegħdin grupp tajjeb u li t-tim għamel pass il-quddiem.

Finalment Farrugia sostna li għal logħba ta’ għada ser ikun hemm xi tibdil hekk kif Jonathan Caruana u Matthew Guallimier jinsabu imweġghin.  Steve Borg li weġġa fil-partita tal-gimgħa mistenni jitħarreġ mal-skwadra illum.  Lis-stess ser ikun qed jagħmel Michael Mifsud li rega ingħaqad mal-skwadra.

Malta kontra r-Rumanija għada fil-20.44 fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Ritratt: Manuel Cini

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend