Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta ta’ 23.45, raġel mill-Iżvezja ta’ 30 sena u residenti Tas-Sliema safa’ ferut b’arma li taqta’ u bil-ponta minn raġel li l-identita` tiegħu għadha mhux magħrufa. Dan ġara fi Triq is-Snajja fl-Imsida.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.