Isejħu għal aktar azzjonijiet ribellużi fis-Sudan | One News

Notifiki

Isejħu għal aktar azzjonijiet ribellużi fis-Sudan

Il-grupp li qed imexxi l-movument favur id-demokrazija fis-Sudan sejjaħ għal kampanja bbażata fuq diżobbidjnza ċivili. Din is-sejħa saret ġranet wara li azzjonijiet militari ħallew għexieren mejta. Din il-kampanja mistennija tibda llum u tibqa’ fis-seħħ sakemm jitpoġġa gvern ċivili.

It-tħabbira saret wara li tliet persuni mill-kamp tal-oppożizzjoni kienu involuti fi sforzi għall-medjazzjoni, tant li saħħansitra kienu iltaqgħu mal-Prim Ministru Etijopjan Abiy Ahmed biex jippruvaw jerġgħu jibdew it-taħdidiet ta’ paċi. Mohamed Esmat ġie arrestat nhar il-Ġimgħa ftit wara l-laqgħa tiegħu ma’ Ahmed filwaqt li t-tnejn l-oħra, il-Kap tar-ribelli Ismail Jalab u l-kelliem tiegħu Mubarak Ardol ġew arrestati ilbieraħ.

Mhuwiex eskluż li s-Sudan, li bħalissa huwa mmexxi mill-Kunsill Militari Transizzjonali, jaqa’ taħt it-tmexxija tal-Kap Kmandant Militari. Il-Kunsill Militari kien ħa t-tmexxija tal-pajjiż wara li l-protesti mir-ribelli wasslu biex il-President Sudaniż, Omar al-Bashir, iħalli postu. Minkejja li l-Kunsill Militari talbu taħdidiet mar-ribelli, dawn tal-aħħar irrifjutaw minħabba li ma jafdawx il-Kunsill wara t-tixrid tad-demm li ħallew l-azzjonijiet militari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend