BIL-FILMAT: Delia jkompli jattakka lill-fazzjoni ta’ Busuttil – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Delia jkompli jattakka lill-fazzjoni ta’ Busuttil

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia uza l-intervista li kellu fuq il-midja nazzjonalista l-Ħadd filgħodu sabiex ikompli jattakka lill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, li tridu jwarrab  minn Kap Nazzjonalista.

Adrian Delia wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar zewġ telfiet elettorali fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli lokali.

Izda Delia kellu messaġġ ċar u qal li dawn in-nies, b’referenza għall-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, ma jistgħux jikkritikaw biss.

“Nies li iridu jagħtu u mhux biss li jikkritikaw biss.”

Attakka wkoll l-istituzzjonijiet fi ħdan l-Partit Nazzjonalista li ħarġu jikkritikawh. Fosthom il-Moviment Zghazagh Partit Nazzjonalista, il-Forum tal-Professjonisti u l-fergħa tal-anzjani fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, l-APAN.

“L-istrutturi jitkellmu biss meta jkun hemm id-diffikultajiet ovvji.”

Adrian Delia għandu sejħiet fil-Partit Nazzjonalista, mod partikolari mid-deputati tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, sabiex jerfa ir-responsabilita politika u jirrizenja minħabba li t-tmexxija tiegħu waslet biex il-Partit Nazzjonalista iġarrab l-ikbar zewġ telfiet elettorali.

Biz-zgħazagħ tal-Partit Nazzjonalista, l-MZPN, ukoll talbu għar-rizenja ta’ Adrian Delia u t-tmexxija.

Izda biex isalva ġildu fit-tmexxija tal-partit nazzjonalista, Adrian Delia qalilhom li l-Partit ilu zmien twil jitlef l-elezzjonijiet minn zmien Lawrnece Gonzi u Simon Busuttil.

“Ma rbaħniex elezzjoni waħda tal-Ewropa l-PN kemm ilhom isiru. Fil-Kunsilli lokali ilna ma nirbħu waħda 20 sena.”

Adrian Delia attakka ukoll lid-deputati nazzjonalisti, partikolarment lil dawk li ilmentaw li l-grupp parlamentari ilu ma jiltaqa’ minn April. Bl-iskuza ta’ Delia tkun li jitkellmu ftit minuti.

“Il-grupp parlamentari tagħna ma jridx jiltaqa’ biex sempliċiment iltaqa’ jew biex jgħidu li ma ltqajniex biex imorru l-Parlament u nitkellmu ftit minuti kuljum jew ftit sigħat fil-ġimgħa.”

B’reazzjoni, fi stqarrija l-Partit Laburista qal li f’ġimgħa fejn il-firda fil-Partit  Nazzjonalista dehret aktar fiċ-ċar minn qatt qabel, Adrian Delia baqa’ ma tgħallem xejn.

Qal li huwa inutli li Delia jipprova jagħmel ballun politiku l-inċident li seħħ is-Sibt filgħodu fil-Mellieħa biex jipprova jiskorja xi punti politiċi.

Qal li jkun aħjar jindirriza  l-isforzi tiegħu u jipprova jipproponi  miżuri tajbin għall-pajjiz bħala  Gvern alternattiv.

Sostna li l-unika darba li Delia tkellem fuq il-viżjoni tiegħu għal dan il-pajjiż waqt intervista tal-Ħadd,  kienet meta rrepeta li hu kontra l-proġett li jsiru t-toroq kollha ta’ pajjiżna b’investiment ta’ 700 miljun  ewro.

Dan minkejja li din kienet imwegħda fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista sentejn ilu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend