Fis-sular ta’ fuq kienet tgħix familja bi tfal li siefru dalgħodu – One News

Notifiki

Fis-sular ta’ fuq kienet tgħix familja bi tfal li siefru dalgħodu

L-inċident li seħħ dalgħodu meta ċediet binja ta’ erba’ sulari fil-Mellieħa seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar. one.com.mt jinsab informat li fis-sular ta’ fuq kienet tgħix familja bi tfal li b’xorti tajba dalgħodu laħqu ħarġu mid-dar tagħhom biex isiefru. Fil-fatt kienet ftit tal-ħin wara li l-binja kkrollat kollha kemm hi u saret borġ ġebel.

Xhieda fuq il-post qalu lil one.com.mt li din is-safra salvat il-ħajja ta’ din il-familja minn ħalq il-mewt.

Intant il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili għadhom għaddejjin bil-ħidma tagħhom wara li salvaw mara li nqabdet fil-kamra tas-sodda tagħha u li skont xhieda fuq il-post kienet l-unika parti li ma ċeditx.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend