EURO 2020: Malta titlef barra minn darha kontra l-Iżvezja | One News

Notifiki

EURO 2020: Malta titlef barra minn darha kontra l-Iżvezja

F’logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonati Euro 2020, it-tim nazzjonali Malti sofra telfa ta’ 3-0 kontra l-Iżvezja, konfront li ntlagħab fil-Friends Arena Stadium f’Solna.

It-tim nazzjonali Malti sofra l-ewwel goal wara inqas minn żewġ minuti logħob meta Robin Quaison irnexxilu jsib ix-xibka u jpoġġi lill-Iżvezja fil-vantaġġ. Sat-tmiem l-ewwel taqsima l-iskor ma nbidilx.

Viktor Claesson kabbar il-vantaġġ għal 2-0 wara ħames minuti logħob fit-tieni taqsima b’Alexander Isak jissiġġilla r-rebħa ghall-Iżvezja fil-81 minuta għal skor finali ta’ Żvezja 3 Malta 0.

Il-kontinġent Malti mistenni li jkun lura Malta kmieni illum biex b’hekk ikun jista jipprepara għal logħba oħra ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp F tal-Kampjonat Euro 2020 kontra r-Rumanija nhar it-Tnejn fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend