Il-ħidma kkordinata tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienet kruċjali biex ġiet salvata l-ħajja ta’ mara li dalgħodu nqabdet fit-tiġrif ta’ binja ta’ erba’ sulari li ġġarrfet fi Triq il-Kbira fil-Mellieħa.
Kien għall-ħabta tas-7.30 a.m. li l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili rnexxielhom isibu lil mara li kienet fil-kamra tas-sodda tagħha. Din kienet l-unika parti tal-binja b’miraklu ma ġġarrfitx. Hija nħarġet mis-sit permezz ta’ sellum twil li twassal sal-kamra tas-sodda.