L-MFRA tgħid li s-sospensjoni tagħha mill-MFA hija inaċċettabbli – One News

Notifiki

L-MFRA tgħid li s-sospensjoni tagħha mill-MFA hija inaċċettabbli

Fi stqarrija b’reazzjoni għas-sospensjoni mis-sħubija mal-MFA, l-assoċjazzjoni tar-referees Maltin qalet li dan mhux aċċettabbli għaliex hija mxiet mar-regolamenti.

Hawnekk l-assoċċjazzjoni kienet qed tirreferi għall-laqgħa ġenerali annwali fejn fiha membri li m’attendewx minn tal-inqas 25% tal-laqgħat li saru matul is-sena ma tħallewx jivvutaw u jikkontestaw għall-karigi fil-kumitat tal-MFRA.

Alexei Tabone sejjaħ id-deċiżjoni tal-MFA li tissospendi lill-MFRA redikola u akkuża lill-MFA li qed tagħmel minn kollox biex l-MFRA tkun immexxija minn nies ġodda li l-MFA tħossha aktar komda bihom.

Intant dwar il-petizzjoni rigward is-sospensjoni li ġiet iffirmata minn mitt uffiċjali tal-logħba, Tabone sostna li mhux kull membru huwa uffiċjali tal-MFRA u saħansittra qal li kien hemm min iffirma għaliex kien mhedded.

L-istess assoċċjazzjoni appellat lill-MFA u l-membri tal-kunsill sabiex din is-sospensjoni tiġi rtirata fil-laqgħa li jmiss tal-kunsill aktar tard dan ix-xahar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend