Jitwaħħal strixxun mal-faċċata tad-Dar Ċentrali – Irridu futur Irriżenjaw – One News

Notifiki

Jitwaħħal strixxun mal-faċċata tad-Dar Ċentrali – Irridu futur Irriżenjaw

“Irridu futur Irriżenjaw”

Dak kien il-messaġġ fuq strixxun tad-drapp li twaħħal mal-kolonni tal-faċċata tad-Dar Ċentrali matul il-lejl li għadda.

Il-grupp Trapass, f’messaġġ mibgħut lis-sit tal-Knisja Newsbook li minn dejjem kien ixaqqleb lejn il-Partit Nazzjonalista u li dan l-aħħar qed jintuża sabiex jattakka l-klikka ta’ Adrian Delia, ħa responsabbiltà ta’ dan l-istrixxun. Fil-messaġġ tiegħu l-istess grupp saħaq u spjega li dan l-istrixxun twaħħal wara li kienet “l-klikka ta’ Delia li wasltna għal riżultat elettorali diżastruż”.

Il-grupp kompla jgħid li “ż-żejjed kollu żejjed” filwaqt li sostnew li sabiex il-Partit jerġa jkun denju ta’ Oppożizzjoni effettiva għall-ġid tal-pajjiż, hemm bżonn r-riżenji fl-għola karigi tal-partit sabiex ikun hemm kap ġdid.

Dan l-istrixxun huwa daqqa oħra għall-fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia wara sensiela ta’ attakki u allegazzjonijiet mill-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil, minħabba t-telfiet kbar li ġarrab il-PN fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.

Ilbieraħ fuq Facebook, il-Kandidat Nazzjonalista Għawdxi Dr Joseph Ellis ippubblika ittra li bagħat lis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli fejn fiha kiteb li kien Puli stess li ċempillu biex jitolbu “jiddikjara l-interess tiegħu fis-siġġu vakat minn David Stellini”. Ellis qal li l-aktar għażla naturali għas-siġġu huwa Kevin Cutajar.

Dan ġara wara li s-Sibt li għadda, l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista vvota biex ikun Jean Pierre Debono li jiġi co-opted fil-Parlament. Madankollu dan ċeda s-siġġu wara li l-ex President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut allega irregolaritajiet fil-votazzjoni meta tħallew jivvotaw żewġ persuni li ma kellhomx il-jedd tal-vot.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend