BIL-FILMAT: Jiftaħ l-ewwel ristorant Planet Hollywood f’Malta – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jiftaħ l-ewwel ristorant Planet Hollywood f’Malta

Planet Hollywood, isem internazzjonali rinomat fis-settur tal-ospitalità b’numru ta’ ristorants fl-Amerka u fl-Ewropa issa jinsab Malta wkoll. B’investiment ta’ żewġ miljun ewro, Planet Hollywood se jitaħ uffiċjalment l-ewwel ristorant f’Malta fil-kumpless Baystreet San Ġiljan is-Sibt li ġej.

Ir-ristorant tematiku se jkun qed jesebixxi memorabilia minn films, fothom kustumi ta’ Assasin’s Creed, Popeye, u Moulin Rouge, kif ukoll affarijiet minn settijiet ta’ films bħal Harry Potter u Lord of the Rings. Il-ħitan huma mżejna b’ritratti ta’ xeni minn films miġbuda f’Malta, u r-ristorant għandu l-unika kamra state-of-the-art f’Malta li fiha se jintwerew films u li se tintuża minn ċelebritajiet Maltin u barranin.

Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ li fiha kienu mistiedna mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, il-Ministru Chris Cardona, bosta ċelebritajiet lokali kif ukoll John Bradley West  u Pilou Asbæk, żewġ atturi mis-serje televiżiva Game of Thrones, il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li premezz ta’ dan l-invesitment se jsaħħaħ isem Malta fuq il-mappa globali. Il-Ministru Mizzi semma kif permezz tal-kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Maltija għall-Films se jkomplu jattiraw aktar films lejn il-gżejjer Maltin, għaliex l-għan ewlieni huwa li f’Malta jkollna industrija tal-films ta’ klassi għolja.

Il-Kummissarju Malti għall-films, Johann Grech, qal li l-kummissjoni se tkompli ssaħħaħ l-industrija tal-films f’Malta, u li post tematiku bħal ma huwa Planet Hollywood se jgħolli l-livell tal-ospitalità f’Malta, b’mod speċjali fin-niċċa turistika li tiffoka fuq iċ-ċinema.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend