Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo ddikjara li ġie sfidat u se jkun qiegħed jirreaġixxi b’saħħa.
F’messaġġ li tella’ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook il-Ħamis filgħaxija, Arrigo qal: I was challenged. Accepted. Will react strongly.
Fl-aħħar jiem, Arrigo li kien meqjus persuna qrib il-fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għamel dikjarazzjonijiet b’saħħithom fil-konfront tal-koppja Jean Pierre u martu Kristy Debono fejn sejħilhom ilpup. Saħanistra huwa sejjaħ bħala xitan lil Jean Pierre Debono.