ARA: Claudio Grech jgħid li fil-PN m’hemmx fazzjonijiet – One News

Notifiki

ARA: Claudio Grech jgħid li fil-PN m’hemmx fazzjonijiet

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li fil-Partit Nazzjonalista m’hemmx fazzjonijiet.

Grech qal dan waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm Dissett li ttratta l-kriżi politika fil-Partit Nazzjonalista. Huwa pprova jagħti l-impressjoni li l-grupp parlamentari mhux maqsum bejn il-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil u l-fazzjoni tal-Kap Adrian Delia. Saħansitra qal li din hija narattiva li ħareġ biha l-Partit Laburista.

Fl-istess waqt huwa ħareġ jattakka lis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli meta fi kliem esponenti stess tal-partit pprova jċekken it-telfa elettorali.

Claudio Grech, li huwa parti mill-fazzjoni tal-eks kap Nazzjonalista Simon Busuttil, qal li l-Partit Nazzjonalista pprova jaħrab mir-realtà meta qal li t-telfa kienet inqas minn dik imbassra fl-istħarriġ tal-fehma pubblika.

Ikkritikaw wkoll lil Delia li ilu minn April ma jlaqqa l-grupp parlamentari.

Matul il-programm tkellem ukoll Mark Anthony Sammut, li s-Sibt li għadda rrizenja mill-kariga ta’ President tal-Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Appella sabiex Delia, Puli u t-tmexxija tal-parti jerfgħu r-responssabbilta. Qal li bit-tmexxija tagħhom il-Partit mar sitt passi lura.

F’botta lejn Clyde Puli, Sammut qal li min jgħid li l-Partit Nazzjonalista naqqas id-distakk ikun qiegħed jidħaq bin-nies, biex iżomm postu.

Sammut żied li hemm nies li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia minħabba d-deċiżjonijiet żbaljati li ħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend