Ċipru, Malta u l-Awstirja ġew ikklassifikati mill-Awtortià Ewropea dwar l-ambjent li għandhom l-aktar baħar nadif għall-għawm.
Ir-rapport li tnieda llum mill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Affarijiet Marittimi Karmenu Vella juri li 98.9 fil-mija tal-bajjiet f’Malta kellhom kwalità tal-ilma baħar eċċellenti. L-uniku pajjiżi li kellu ilma baħar aħjar minn ta’ Malta kien Ċipri b’99.1 fil-mija.
Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea stħarreġ il-kwalità tal-ilma baħar f’aktar minn 21,000 bajja madwar l-Ewropa kollha.