Żewġ avvenimenti mużikali oħra f’Malta għall-ewwel darba – One News

Notifiki

Żewġ avvenimenti mużikali oħra f’Malta għall-ewwel darba

Siliet mużikali f’għadd ta’ films miġbuda f’Malta fosthom Gladiator, Popeye u Midnight Express se jindaqqu f’kunċert li jittella’ għall-ewwel darba fuq il-Fosos tal-Floriana fis-17 ta’ Lulju li ġej.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li l-kunċert bis-sehem tal-orkesta ta’ BCC Radio 2 se jpaxxi l-widna ta’ mijiet bil-mużika ta’ wħud mill-aktar films importanti li nġibdu fl-istorja ċinematografika ta’ Malta.

Qal li dan l-avveniment se jixxandar b’mod dirett fuq BBC Radio 2 li għandu madwar 15-il miljun semmiegħ.

“Aħna xtaqna li jkollna staġun tas-sajf mimli b’attivitajiet għall-Maltin u għall-barranin ukoll u ħassejna li kellna nattiraw audiences differenti u filwaqt li ħafna drabi niffukaw fuq iż-żgħażagħ, xtaqna nagħmlu xi ħaġa għal familja kollha”

Anthony Cherry, il-producer ta’ BBC Radio 2 qal li l-orkestra se tkun magħmula minn sittin mużiċist u se jsir bis-sehem tal-attriċi ta’ Game of Thrones Hannah Waddingham, Louise Dearman u Bradley Jaden.

“Malta is a wonderful movie star in her own right, many many movies, I think around 150 movies have been shot on this island. So when I started to research it and I found Gladiator was shot here, Popeye was shot here, the midnight express was shot here and the spy who loves me was shot here, I thought well this is obviously a movie concert, so we are going to do movie music”

L-Uffiċjal tal-MTA Lionel Gerada qal li dan l-avveniment se jkun segwit b’kunċert ieħor l-għada tmintax ta’ Lulju, mill-eks kantant ta’ Oasis, Liam Gallagher.

“Nemmen li se tkun lejl dimentikabli kemm għall-followers kollha tal-Oasis kif ukoll għall-pubbliku kollu li togħġbu l-mużika b’mod speċjali fil-ġeneru tar-rock”

Il-Pubbliku jista’ jikseb il-biljetti għal dawn iż-żewġ avvenimenti b’xejn minn fuq is-sit ticketarena.com.mt.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend