L-Italja titpoġġa taħt proċedura ta' defiċit eċċessiv mill-Kummissjoni Ewropea | One News

Notifiki

L-Italja titpoġġa taħt proċedura ta’ defiċit eċċessiv mill-Kummissjoni Ewropea

L-Italja tpoġġiet fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv minħabba biljuni ta’ ewro ta’ dejn li nġema’ fl-aħħar snin fil-pajjiż. Il-Kummissjoni Ewropea qalet dan b’mod formali l-Erbgħa, biex b’hekk, la darba l-proċess ta’ defiċit eċċessiv jintemm u jkun approvat mill-Ministri taż-Żona Ewro, il-Gvern Taljan jaffaċċja multa ta’ kważi tliet biljun ewro.

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li d-dejn pubbliku tal-Italja llum jaqbeż iż-żewġ triljun ewro, jew mija tnejn u tletin fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross.

Id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini sostna s-Sibt li għadda li mhux se jċedi għall-pressjoni tal-Unjoni Ewropea, minkejja tensjoni li l-Gvern tiegħu jista’ jitfarrak minħabba pressjoni minn Brussell.

Din it-theddida fuq l-ekonomija Taljana ġiet jiem biss wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet biex tneħħi lil Spanja mill-istess proċedura ta’ defiċit eċċessiv, hekk kif Brussell issa jinsab sodisfatt bil-progress ekonomiku li sar mill-Gvern Spanjol fl-aħħar għaxar snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend