Fi stqarrija l-ARMS Ltd ħabbret li wara għadd ta’ diskussjonijiet mal-General Workers Union qed tilqa’ b’sodisfazzjon ftehim biex testendi il-klawsola tal-ispecial leave with pay, biex b’hekk, impjegati jew qrabathom li jkunu qed isofru minn mard serju u jkunu jeħtieġu kura fit-tul, li tkun ippruvata minn ċertifikat mediku, ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw minn paid compassionate leave waqt li jkunu għaddejjin bil-kura.
“Aħna kburin li se nkunu l-ewwel entità tal-gvern li se nagħmlu dan il-pass ’il quddiem biex inkunu ta’ sostenn għall-impjegati tagħna f’mumenti daqshekk diffiċli”, saħaq il-Kap Eżekuttiv Silvio Scerri. Is-Sur Scerri tenna li s-sapport lill-impjegati tagħna huwa solljev li joħloq kultura ta’ kolleġġjalità li ssaħħaħ l-għaqda bejn l-impjegati, li hi indispensabbli fuq il-post tax-xogħol.”