ClubMurder b'single ġdida mill-aħħar album Massacre Masterpiece | One News

Notifiki

ClubMurder b’single ġdida mill-aħħar album Massacre Masterpiece

ClubMurder, grupp fix-xena mużikali f’Malta b’ġeneru metal b’video mużikali ġdid għas-single il-ġdida tagħhom; Viral.

ClubMurder, grupp ta’ ħames mużiċisti Maltin, ra l-bidu tiegħu fl-2005. Matul il-kors ta’ bosta wirjiet live u sessjonijit fl-istudio, Clubmuder ħarġu numru ta’ albums kif ukoll għandhom diversi videos fuq is-sit soċjali YouTube. Ix-xogħlijiet aktar riċenti tagħhom jagħtu stampa aktar ċara ta’ kif il-band evolviet matul iż-żminijiet. Minkejja li l-bidu tal-band kien proġett esperimentali, ClubMurder evolva f’grupp li jagħmel diversi wirjiet.

Viral li hija single mill-album Massacre Masterpiece, hija dwar kif l-umaintà qed tiġi kkonsmata mill-manipalazzjoni tal-media tal-massa. Is-single tindirizza kif il-media qed tinfluenza ir-rutina ta’ kuljum kif ukoll iżomm il-perspettiva tan-nies f’illużjoni.

Fit-22 ta’ Ġunju ClubMurder se jdoqqu live l-album Massacre Masterpiece f’The Garage f’Ħaż-Żebbuġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend